Keep.eu (mt)

Merħba  ma  keep.eu, l-aktar sors komprensiv ta’ informazzjoni integrata dwar il-proġetti u l-imsieħba tal-Interreg, Interreg-IPA transkonfinali u programmi ta’ kooperazzjoni transkonfinali ENPI / ENI.
Keep.eu tipprovdi dejta li tkopri l-Unjoni Ewropea kollha, il-ġirien tagħha u l-pajjiżi qabel l-adeżjoni.
Din hija paġna introduttorja fil-lingwa ta’ tfittxija li inti użajt. Uża l-links ta’ taħt sabiex taċċessa s-sezzjonijiet speċifiċi ta keep.eu (bl-Ingliż), jew idhol fil-homepage (bl-Ingliż).

X’tista tikseb minn keep.eu?

F’ keep.eu inti tista’:

  • Tfittex proġetti b’ideat fil-qasam tematiku li jkunu ta interess għalik. 
  • Issir taf bi proġetti u investimenti li kienu jew qed jiġu żviluppati fil-pajjiż jew ir-reġjun tiegħek, il-kisbiet u r-riżultati tagħhom. 
  • Fittex għal imsieħba fi proġetti fil-pajjiż jew ir-reġjun tiegħek, f’reġjun ta’ pajjiż ġar jew f’pajjiż madwar il-kontinent, u lil hinn! 
  • Iċċekkja l-istatistiċi ewlenin u xejriet ta’ dawn il-programmi ta’ kooperazzjoni (kemm hemm imsieħba , kemm hemm proġetti, distribuzzjoni ġeografika u  tematika  …). 
  • Ħares lejn l-istampa akbar: Fejn huma l-programmi ta’ kooperazzjoni li jindirizzaw il-kwistjonijiet l-aktar imqanqla (tibdil fil-klima, il-migrazzjoni, eċċ). 

Għaliex keep.eu hija b’xejn?

L-aċċess għall-keep.eu huwa mingħajr ħlas. Keep.eu hija żviluppata u mibnija minn programm Interreg, Interact, bħala parti mill-missjoni ta’ dan il-programm. Din id-dejta hija r-responsabbiltà tal-mijiet li jikkontribwixxu programmi li jiffurmaw l-univers ta’ kooperazzjoni territorjali mis-sena 2000.
Il-websajt keep.eu hija bl-Ingliż. Id-database ta’ keep.eu, madankollu, fiha dejta fil-lingwi li kull programm jiddeċiedi, anki jekk l-Ingliż huwa obbligatorju f’xi oqsma. Aħna nixtiequ li inti tagħmel l-aħjar użu minn din l-għodda. Għal kull dubju, mistoqsijja, suġġeriment – għandek iżżomm ruħhek infurmat dwar keep.eu – billi tikkuntattjana.
Jekk jogħġbok innota li aħna nikkomunikaw biss bl-Ingliż, u aħna  ma nkunux nistgħu nwieġbu l-messaġġi b’ lingwi oħra.